| Opportunita' Diskussjoni Divertiment - Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ |
|
|
|
|
Għal sena oħra il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ser jorganizza l-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Dan huwa miftuħ għaż-żgħażagħ kollha f'Malta u Għawdex f'etajiet bejn it-13 u l-34 sena. Matul ix-xahar ta' Lulju l-parteċipanti jkollhom l-opportunita' li jsiru jafu lil xulxin f'atmosfera informali permezz ta' live in. Il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ jinqasam f'żewġ parlamenti, wieħed għal dawk ta' bejn it-13-il u s-16-il u ieħor għal dawk tal-fuq minn 17-il sena. Il-parteċipanti jinqasmu fi gruppi fejn jiġu diskussi temi ta' relevanza nazzjonali u Ewropea. Fuq kollox huwa ċ-ċans sabiex f'Settembru tkun int li titkellem fil-Parlament u tressaq l-ideat tiegħek. Hu din l-opportunita', ssemma' leħnek billi tapplika on-line! Parteċipanti bejn it-13 u s-16-il sena -> http://www.emailmeform.com/fid.php?formid=293410 Parteċipanti bejn it-17 u t-34-il sena -> http://www.emailmeform.com/fid.php?formid=293419 |








