Header KNZ
Elezzjonijiet Parlament Ewropew - 6 ta' Ġunju 2009 PDF Print E-mail
Il-KNŻ impenja ruħu sabiex iwassal messaġġ pożittiv rigward l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li se jseħħu nhar is-6 ta' Ġunju li ġej. Il-KNŻ ħadem biex l-interessi taż-żgħażagħ jitpoġġew fuq il-mejda tat-tfassil tal-politika għal pajjiżna. Dan sar, fost inizzjattivi oħra, billi l-KNŻ iltaqgħa ma' partiti politiċi li qiegħdin jippreżentaw kandidati għal dawn l-elezzjonijiet, kif ukoll ma' kandidati nnifishom. L-għan kien dak li l-KNŻ jiddiskuti dwar l-importanza tal-Youth Agenda, li hija sensiela ta' proposti mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, li l-KNŻ huwa membru tiegħu.  Dan id-dokument jgħati proposti mhux partiġjani lil kandidati għal Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida li tibda f'Novembru li ġej.  Aktar informazzjoni tinstab fuq www.youthagenda.eu .
 
L-impenn lejn dawn l-elezzjonijiet wasal fi tħejjija ta' filmat mill-KNŻ. Dan il-filmat huwa mtella' permezz tal-parteżipazzjoni tal-maġġoranza ta' kandidati għall-elezzjonijiet li ġejjin. Il-kandidati li ġejjin minn partiti politiċi differenti f'pajjiżna, iwasslu messaġġ wieħed. Il-messaġġ huwa dak li l-vot tas-6 ta' Ġunju huwa wieħed importanti għal pajjiżna. Il-KNŻ jisħaq r-relevanza ta' dawn l-elezzjonijiet mal-ħajjiet taż-żgħażagħ tagħna.
 
Dan kien possibli b'kollaborazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Parlament Ewropew (Valletta).

Il-filmat se jkun preżentat għall-ewwel darba llum, 11 ta' Mejju 2009, fis-7.30pm, waqt riċeviment f'BAR 2-22, fil-Belt Valletta. Il-kandidati kollha għall-Parlament Ewropew huma mistiedna għal dan ir-riċeviment. Waqt dan ir-riċeviment se jsir diskors ta' merħba mill-President tal-KNZ, Sean Meli flimkien mal-Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew ġewwa Malta, Dr Julian Vassallo. Dan jiġi segwit minn preżentazzjoni mis-Segretarju Ġenerali tal-KNŻ Dylan Seychell.