Header KNZ
Reazzjoni ghall-Bagit 2010 PDF Print E-mail
Wednesday, 11 November 2009 07:26


Bhala reazzjoni inizjali il-KNZ ihoss li dan il-bagit huwa wiehed newtrali minn bagits precidenti. Il-KNZ ihoss li l-proposti prezentati fil-bagit ghas-sena 2010 fil-qasam taz-zghazagh huma progetti li diga qieghdin fis-sehh. Il-KNZ hass li bhala zghazagh kellhom jinghataw iktar prijorita’ u jidhlu fis-sehh fil-generazzjoni li gej. Il-KNZ ihossu kburi li l-progett tal-Kunsill Lokali taz-Zghazagh li beda hu wahdu fil-passat issa qed jahdmu b’mod kongunt bejn il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh u l-Gvern. 

Waqt li huwa importanti li jkomplu jigu investiti flus fl-iskemi bhal dik tal-Youth Empowerment Centres, nemfasizaw mhux biss investiment fl-operat izda investiment fil-gid taz-zghazagh.

Fil-waqt li l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh jaqbel maz-zieda tal-gholi fil-prezz tat-tabakk, din l-istess zieda ghandha tigi vvutata ghal promozzjoni tas-sahha minghajr sigaretti u kif ukoll ghal kura tas-sahha f’dan il-qasam tat-tipjip.


Il-KNZ jara pozittiv f’dan il-Bagit l-program ta’ tahrig li jkun qed jaghti liz-zaghzagh ta’ bejn 16 u 20 sena li ma jkunx mithla tad-dinja tax-xoghol. Il-KNZ jinnota li filwaqt li din il-proposta tghin sabiex iz-zghazagh jidhlu fid-dinja tax-xoghol ghandna  nanallizaw x’inhu iwassal sabiex zghazagh jibqghu barra mid-dinja tax-xoghol li tipprovdi sens ta’ sigurta u identita’ ghaz-zghazagh tal-lum. Ghalhekk nemmnu li s-sistema edukattiva ghandha tara li kemm jista jkun zghazagh jiksbu il-kwalifiki bazici sabiex it-transizjoni mill- bankijiet tal-iskola ghal dawk tax-xoghol tkun wahda facilitita b’mod pozittiv. 

Il-KNZ ihares il’ quddiem lejn aktar progetti fuq il-kreattivita u l-innovazzjoni u jheggeg sabiex aktar zghazagh juzaw it-talenti taghhom u jkomplu jigu enkoraggiti sabiex jgharfu juzaw l-intelligenza u l-kreattivita’ ghal gid taghhom u tas-socjeta’ in generali.

Il-KNZ jemmen li fil-waqt li aktar zghazagh qeghdin jinghataw opportunitajiet, irridu ingibu f’ mohhna li aktar zghazagh jigu salvagwardati minn abbuzi u kif ukoll realizazzjoni permezz ta’ l-edukazjoni taghti cans sabiex kulhadd jirnexxi kemm fl-intellett u kif ukoll fil-hidma ta’ l-id.


Fil-prezentazzjoni tal-Bagit il-Ministru Tonio Fenech ta x’jifhem li qieghed jara fejn il-familji Maltin u Ghawdxin intlaqtu b’mod negattiv u tajjeb specjalment meta wiehed jikkunsidra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-proposti tal-bagit dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma meta ghadd ta’ familji ser ikunu qeghdin jibbenifikaw minn ghotjiet li jwiznu lil dawk li juzaw inqas energija. Il-Kunsill iqis li dan il-Bagit qed jiehu hsieb lil dawk il-familji li juzaw l-energija bi l-ghaqal.


F’dan il-bagit jinhas in-nuqqas ta’sorsi finanzjarji u dettalji biex jigu mplimentati riformi fosthom dawk tal-Pensjonijiet u tal-Gustizja Reparatrici.